L-ikel huwa bżonn, l-ikel jagħti gost, l-ikel huwa kwistjoni ta‟ togħma personali jew preferenza kulturali.

L-anqas ħaġa li tiġi f‟moħħna minnufih hija li l-ikel huwa, l-ewwel u qabel kollox, dritt tal-bniedem li għadu mċaħħad lil kull persuna minn disgħa fid-dinja. U jekk nixħtu ħarsitna lejn il-ġejjieni, l-ikel se jkun ta‟ tħassib globali. Sal-2050, b‟din l-istess pjaneta, irridu nitimgħu tliet darbiet aktar nies mis-seklu ta‟ qabel. Għaldaqstant l-ikel huwa iżjed minn storja privata. L-għażliet li nagħmlu dwar il-produzzjoni u l-konsum tal-ikel diġà għandu konsegwenzi diretti u indiretti fuq il-klima, fuq l-użu tar-riżorsi bħalma huma l-ilma u l-art, u fuq il-kapaċità tal-bnedmin li jitimgħu lilhom infushom u jgħixu ħajja deċenti kemm f‟Malta kif ukoll barra.

Illum, il-produzzjoni tal-ikel:

Iżda mhux kull dieta tħalli l-istess impatt. L-impatt pożittiv jew negattiv tal-għażliet tagħna tal-ikel fuq in-nies u l-pjaneta jiddependi minn dawn il-ħames aspetti: x‟nieklu, kemm nieklu (u minn xiex), kemm naħlu ikel, kif ġie prodott l-ikel, u min ibbenefika minnu.

Kull wieħed u waħda minna għandu l-possibbiltà li, tliet darbiet kuljum, jagħżel ikel li jirrispetta aħjar il-ħajja tagħna u ta‟ madwarna. F‟dinja ta‟ ‟l fuq minn 7 biljun persuna, l-azzjonijiet pożittivi tagħna jistgħu jidhru qatra f‟oċean, iżda mhumiex. Id-dieti Ewropej, bħal dawk tal-Amerika ta‟ Fuq, għandhom l-iżjed impatt ambjentali u jixprunaw għadd ta‟ impatti negattivi. Iżda fi ħdan l-Ewropa, u b‟mod speċjali f‟dawn id-disa‟ pajjiżi li qegħdin jieħdu sehem f‟dan il-proġett, hemm ħafna eżempji ta‟ konsum responsabbli tal-ikel.

In this web section, you can discover more about how food shapes the world.  We describe six global food trends that are problematic and should be brought to the attention of all of us, from policy makers to the general public.

Dawn is-sitt tendenzi huma: