Studenti mill-iskola tal-grammatika “Na Vítězné pláni” fi Praga, ir-Repubblika Ċeka, iddeċidew li jqajmu kuxjenza fuq il-produzzjoni taċ-ċikkulata. F’Novembru tal-2015, huma għamlu ċ-‘ċikkulata ġusta’ tagħhom billi użaw biss ingredjenti bit-timbru ‘kummerċ ġust’. L-istudenti ddisinjaw ukoll ippakkeġġar oriġinali għaċ-ċikkulata tagħhom. Wara, imbagħad, biegħu l-prodott fl-iskola, waqt li infurmaw lill-istudenti dwar il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema involuti fil-produzzjoni taċ-ċikkulata. Huma taw tagħrif dwar kif il-ħaddiema jitħallsu pagi baxxi ħafna minkejja x-xogħol iebes involut, tant li ħafna drabi lanqas ikollhom flus biżżejjed biex jibagħtu lil uliedhom l-iskola. Il-koperattivi tal-kummerċ ġust joffrulhom kundizzjonijiet aħjar u pagi ġusti. Iċ-‘ċikkulata ġusta’ nbiegħet f’diversi okkażjonijiet oħra u l-qligħ mar kollu għall-karità, ngħidu aħna lill-Assoċjazzjoni Zambian Children Basungu.

14

5