Għalfejn nieklu b’responsabbiltà?

Kif jistgħu l-azzjonijiet tagħna ta’ kuljum jipproteġu l-ambjent, jippromovu d-drittijiet tal-bniedem u jtejbu l-ġid tas-soċjetà? U din il-mistoqsija kif tirrelata mal-ikel tagħna?

Il-popolazzjoni dinjija qed tikber b’rata mgħaġġla, u sal-2050, bl-istess pjaneta, irridu nitimgħu kważi erba’ darbiet aktar nies mis-seklu ta’ qabel. Għaldaqstant l-ikel mhuwiex aktar xi ħaġa personali. L-għażliet li nagħmlu dwar l-ikel tagħna diġà għandu konsegwenzi diretti u indiretti fuq il-klima, fuq l-użu tar-riżorsi bħall-ilma u l-art, u fuq il-ħila tan-nies li jitimgħu lilhom infushom u jgħixu ħajja diċenti kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta.

Il-proġett ‘Nieklu b’Resonsabbiltà’ qed ikun ta’ sostenn għal EkoSkejjel f’disa’ pajjiżi tal-UE billi jiskopru modi ġodda kif jagħmlu għażliet responsabbli dwar l-ikel. Għax l-għażliet tagħna kapaċi jtejbu lid-dinja.

L-għanijiet tagħna

Edukazzjoni għal stil ta’ ħajja sostenibbli

Flimkien ma’ topiks fuq konsum responsabbli ta’ ikel, l-għalliem iġib l-aktar argumenti urġenti fid-dinja quddiem il-klassi biex jiftaħ spazju biex jinħolqu soluzzjonijiet responsabbli għall-ħajja tagħna ta’ kuljum.

L-istudenti jidderieġu l-bidla

Studenti attivi jesploraw ir-rabta li hemm bejn topiks globali u lokali. Bidliet żgħar fl-inħawi ġirien tagħna kapaċi jkollhom impatt fuq skala globali!

Ġenituri attivi

Il-ġenituri għandhom sehem essenzjali fejn jidħol ikel responsabbli fid-dar. Tista’ tipprattika fid-dar l-ideat kollha dwar il-konsum responsabbli tal-ikel.

Involviment tal-komunità lokali

Ġenituri, esperti tal-ikel, kokijiet, attivisti, bdiewa u dawk li jagħmlu l-policies, kollha jappoġġjaw l-attivitajiet tal-iskola. Aktar ma jkun kbir in-numru, akbar ikun l-impatt!

Taqsam l-ispirazzjoni

L-EkoSkejjel tad-disa’ pajjiżi li qed jieħdu sehem se jaqsmu bejniethom prattiki tajba. Fi Praga se jsir forum internazzjonali, fejn personalitajiet mill-oqsma tal-edukazzjoni u l-ikel se jingħaqdu magħna u jkomplu jispirawna.

Materjal ippubblikat

Biex issir ħidma mat-topik ta’ konsum responsabbli tal-ikel li jgħodd għall-etajiet kollha, se nipproduċu metodoloġija, lezzjonijiet u pubblikazzjoni dwar kif l-ikel ibiddel id-dinja.

1,800 għalliem u għalliema

se jesploraw il-konnessjonijiet bejn il-produzzjoni tal-ikel, it-tibdil fuq is-soċjetà u l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja tagħna.

550 EkoSkola Ewropea

qed jimxu fuq programm edukattiv ta’ sena dwar topiks marbutin ma’ konsum responsabbli ta’ ikel.

90,000 student/a

qegħdin ifittxu opportunitajiet għal tibdil responsabbli fil-menù tagħhom u ta’ dawk ta’ madwarhom.

What you do makes a difference, and you have to decide what kind of difference you want to make.


Jane Goodall

Demokrazija ħajja tikber bħal siġra, minn isfel għal fuq.


Vandana Shiva

Kull fejn tmur, in-nies tistaqsi: ‘X’nista’ nagħmel?’ It-tweġiba hija sempliċi daqskemm hija imbarazzanti: kull wieħed u waħda minna rridu naħdmu biex id-dar tagħna ta’ ġewwa nħalluha fl-ordni.


E. F. Schumacher
Small is Beautiful: Economics as if People Mattered

L-iskarsezza ta’ riżorsi, iż-żieda fil-popolazzjoni, in-nuqqas ta’ art disponibbli u aċċessibbli, l-ilma li kulma jmur dejjem jonqos, u d-degradazzjoni tal-ħamrija jitolbu li nerġgħu naħsbu fuq kif għandna nużaw ir-riżorsi bl-aħjar mod għall-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni.


Hilal Elver
Relatur Speċjali tan-NU dwar id-Dritt għall-Ikel

Pokiaľ považujete úctu k prírode a ľuďom za dôležitú, rozmanitosť bude jej nevyhnutným následkom.


Helena Norberg-Hodge
autorka knihy Dávne budúcnosti

X’niekol?
Minn fejn ġej l-ikel li niekol?
Kif kien prodott l-ikel tiegħi?
Kemm nikkonsma ikel?
Kemm naħli ikel?
X’impatt globali qed iħalli l-ikel tiegħi?

Il-konsum responsabbli tal-ikel ifisser li tagħmel għażliet konxji dwar l-ikel li tiekol billi tikkonsidra l-aspetti tas-saħħa, ambjentali, politiċi, soċjali, kulturali u ekonomiċi tad-deċiżjonijiet li tieħu biex tiżgura li qegħdin jaqdu l-ħtiġijiet bażiċi u reali ta’ kulħadd, waqt li żżomm l-impatt baxx kemm jista’ jkun, u jkunu ta’ benefiċċju u jtejbu l-ħajja tal-pjaneta u l-kwalità tal-ħajja tal-konsumatur individwali u tas-soċjetà kollha.

Jeħtieġ li:

nieklu anqas imma aħjar, infittxu aktar diversità fl-ikel

nieklu ikel lokali, staġjonali u, meta possibbli, naraw li jkun organiku

minflok laħam nieklu ikel ibbażat fuq ħxejjex aktar ta’ spiss

nagħżlu ikel prodott b’rispett lejn l-oħrajn u lejn il-pjaneta

noqogħdu attenti mill-prodotti li jkollhom iż-żejt tal-palm

inwaqqfu l-ħela ta’ ikel

Imsieħba

Glopolis
ŽIVICA (Slovensko)
Vides izglitibas fonds (Lotyšsko)
NATURE TRUST MALTA (Malta)
DRUŠTVO DOVES – FEE (Slovinsko)
UDRUGA LIJEPA NAŠA (Chorvatsko)
Bulgarian Blue Flag Movement (Bulharsko)
TEREZA (Česká republika)
Environmental Partnership Foundation (Polsko)
CENTRUL CARPATO-DANUBIAN DE GEOECOLOGIE (Rumunsko)

Sostenituri

European Year for Development
Czech Development Agency

Agħżel il-lingwa tiegħek