Studenti mill-iskola primarja “Trávník” fi Přerov, ir-Repubblika Ċeka, organizzaw ‘Ġurnata ta’ Azzjoni’ bil-għan li jiġbdu l-attenzjoni dwar temi ta’ konsum responsabbli ta’ ikel, bħal konsum eċċessiv ta’ laħam, iż-żejt tal-palm, il-ħtif ta’ artijiet, u l-ħela tal-ikel. Quddiem l-iskola tagħhom bnew stalls żgħar biex ikunu jistgħu jippreżentaw dak li ħareġ mill-ħidma tagħhom. In-nies setgħet tammira mudelli impressjonanti magħmulin mill-kartun li saru mit-tfal stess u li kienu qed jirrappreżentaw temi marbutin mal-konsum responsabbli tal-ikel. Dawn it-temi kienu bbażati fuq investigazzjonijiet li twettqu minnhom. Permezz ta’ dawn il-mudelli l-istudenti esprimew il-qalba tal-problema tal-pjantaġġuni taż-żejt tal-palm, il-ħtif ta’ artijiet jew il-produzzjoni tal-laħam, li hi ħafna iżjed intensiva mil-lat ta’ riżorsi milli dieta bbażata fuq ħaxix. Mudell minnhom kien juri fatt kif terz tal-art agrikola tintuża għall-produzzjoni tal-ikel tal-annimali. Estimi juru li kieku din l-art tintuża direttament għall-ikel tal-bnedmin, kienet titma’ għaxar darbiet iżjed bnedmin. It-tfal ma kinux kapaċi biss jispjegaw fi kliemhom it-temi u s-soluzzjonijiet,iżda saħansitra ppreżentaw is-soluzzjonijiet tagħhom li faċilment jistgħu jiġu applikati mill-konsumatur fid-dieta tiegħu ta’ kuljum.

 

_DSC9804 (1)

CZ_Kopie souboru _DSC9789

_DSC9794