Tfal mill-Kindergarten f’Cosoveni, ir-Rumanija, imsejħin “Id-Dniefel Żgħar” tgħallmu kif ikabbru t-tadam tagħhom fi flixkien tal-plastik użati. It-tfal kellhom iċ-ċans biex jaħdmu fil-ħamrija u jiskopru kif jitkabbar l-ikel tagħhom.

Waħda għalliema għallmet lit-tfal kif iħawlu ekoġnien li jista’ jiddendel. Flimkien magħha t-tfal għamlu toqob fuq naħa waħda ta’ fliexken tal-plastik tal-ħames litri u żergħu fihom żerriegħa organika tat-tadam. Imbagħad saqqew iż-żerriegħa u mill-għada ħaduhom fil-klassi tagħhom. Il-ġurnata ta’ wara dendlu l-fliexken ma’ pajpijiet tal-ħadid quddiem l-iskola. It-tfal qagħdu attenti biex isaqquhom kuljum. Sadattant iż-żerriegħa bdiet tikber, tiżviluppa, u dehru l-ewwel tadamiet!

Ħafna ġenituri u nies mir-raħal tagħna ġew il-Kindergarten biex jitgħallmu jagħmlu ġnien bħalu. It-tfal skoprew li l-ikel tagħhom jista’ jitkabbar anke fi bliet (saħansitra mingħajr ma jkollok ġnien) u tgħallmu wkoll kemm teħtieġ enerġija minn fatturi differenti biex tikber tadama.

1

3

11