Studenti mill-iskola “St. Patriarh Evtimiy” fi Plovdiv, il-Bulgarija, organizzaw diskussjoni pubblika fuq it-topik “L-ikel ipproċessat u ż-żejt tal-palm”. Din id-diskussjoni tqajmet minħabba r-riżultat tal-Analiżi tal-Ikel. L-għan kien li jiġi eżaminat l-ikel ipproċessat u ż-żejt tal-palm minn angoli differenti, bil-vantaġġi u l-iżvantaġġi. Dan l-għan intlaħaq billi ġew imqabbla s-soluzzjonijiet u fl-istess ħin ingħataw soluzzjonijiet għall-ġid tan-nies u tan-natura permezz ta’ argumenti u mhux ta’ fehmiet biss. Il-ġenituri, l-istudenti u l-awtoritajiet kienu mistiedna għal dan id-dibattitu. Riżultat ta’ din id-diskussjoni, studenti u familji saru konxji dwar il-problemi u saħansitra bdew jaqraw it-tikketti fuq il-prodotti. Għan ieħor li ntlaħaq kien li l-provvista ta’ prodotti li kellhom iż-żejt tal-palm tnaqqset mill-padiljun.

