Wisq prezzjuż biex jintrema
In-nies iħobbu l-ikel - mhux biss biex jieħdu l-enerġija li jeħtieġu għal ġisimhom, imma wkoll minħabba l-aspett soċjali tiegħu; aħna niċċelebraw permezz tal-ikel. Għalhekk taħsadna mhux ftit l-aħbar li terz tal-ikel fid-dinja ma jasalx fuq il-platti tagħna - li jammonta għall-1.3 biljun tunnellati ta' ikel! Dan l-ammont ta' ikel kapaċi jitma' lil madwar 3 biljun persuna kull sena. Dan in-numru huwa 4 darbiet aktar min-numru ta' nies madwar id-dinja li qed ibatu l-ġuħ! Taf x'inhu l-iżjed ikel li jinħela?
Madwar id-dinja, 30% taċ-ċereali jinħela. L-akbar produzzjoni taċ-ċereali tkun ġejja mill-qamħ, il-qamħirrun u r-ross. Il-qamħ u r-ross huma l-aktar prodotti kkunsmati mill-bniedem, waqt li l-qamħirrun jintuża l-aktar fl-għalf tal-annimali. Il-qamħ jinstab f'firxa wiesgħa ta' prodotti tal-ikel, mill-ħobż san-noodles, crackers u gallettini.