F’Novembru tal-2015, “Kalnciems”, skola f’Jelgava, il-Latvja, nediet kampanja lokali biex tisħaq fuq l-importanza tal-għażla ta’ ikel lokali u biex isostnu u jappoġġaw bdiewa organiċi lokali. L-abitanti tal-belt kienu infurmati dwar prodotti organiċi ta’ biedja lokali u ngħataw frotta jew ħaxixa mill-ġnien tal-istudenti. Wara, l-istudenti ddiskutew l-istess tema ma’ uffiċjali tal-gvern lokali. L-istudenti ddeċidew li jitkellmu dwar ikel lokali minħabba l-impatti pożittivi li din l-inizjattiva tħalli fuq diversi livelli – issostni l-ekonomija lokali, issalva r-riżorsi naturali u l-enerġija, u tnaqqas il-ħela ta’ ikel minħabba l-vjaġġi twal ta’ trasport.