L-iskola primarja “Trávník” fi Přerov hija waħda mill-iskejjel Ċeki li daħlu għall-proġett ‘Nieklu b’Responsabbiltà’. Ekotim lokali, magħmul minn studenti u għalliema, għażel il-ħela ta’ ikel bħala t-topik ewlieni, u ddeċieda li jġib bidla reali fl-iskejjel tagħhom. Fil-kantin tal-iskola, l-istudenti poġġew ‘kaxxa bil-ġuħ’ fejn fiha setgħu jitfgħu l-ikel li ma ttikilx, bħal frott, jogurt u ħelu. Dan l-ikel jista’ jittiekel minn tfal oħra minflok ma jispiċċa bħala skart. Huwa mod sempliċi u intelliġenti kif tevita l-ħela ta’ ikel! Dan il-metodu jgħin ukoll lit-tfal jifhmu l-valur tal-ikel. It-tfal, kull meta jaraw il-kaxxa fil-kantin, bdew ipoġġu l-ikel fiha jew jeħduh magħhom id-dar. U hekk jevitaw li jarmuh. Għaldaqstant il-kaxxa ma servietx biss għat-tnaqqis tal-ħela ta’ ikel, iżda aktar importanti serviet biex tbiddel l-attitudni tat-tfal li tkun tista’ ġġib bidla sostenibbli għall-ġejjieni tad-dinja tagħna.

IMG_7913

IMG_7917