L-istorja

Taħseb li dak l-ikel jgħajjixni?

Mill-bogħod, Ondřej seta‟ jara li nannuh kien diġà qiegħed barra mid-dar, lest biex jibda jaħdem. Kien liebes qalziet qadim u mqatta‟ minn isfel, u ma‟ qaddu kellu ċintorin qadim tal-ġild b‟kull xorta ta‟ għodda mdendla miegħu.

“Ara n-neputi! Kemm jien kuntent li ġejt biex tgħinni nsewwi ċ-ċint tal-ġnien! X‟għandek hemmhekk Ondra?” stqasieh in-nannu.

“Gallettini taċ-ċikkulata, bil-ġamm taċ-ċirasa ġo fihom. Tgħidx kemm huma tajbin!”

“Ħmm, tajbin għal xiex? Mhux ġa kilt ftit ilu, u ħadt id-deżerta wkoll?” staqsa n-nannu.

“Iva, imma dawn tajbin għalija! Hemm miktub fuqhom… mimlijin enerġija!”

“Ondra, int dalwaqt tagħlaq tnax-il sena… Taħseb li dawk huma tajbin għalik?”

Ondra mejjel rasu fuq naħa: “Xi trid tgħid biha?”

“Naħseb li għandek żmien biżżejjed biex tibda taħseb b‟moħħok, mhux b‟moħħ ta‟ xi karattru li għandek fuq il-pakkett tal-gallettini, jew b‟moħħ min jagħmel ir-reklami! Dan l-ippakkeġġjar ileqq u r-reklami fuq it-TV ma jħallukx tistaqsi mistoqsijiet. Ara, ħa ngħidlek xi ħaġa importanti, xi ħaġa li tgħallimt jien u li nixtieqek tibqa‟ tiftakarha ħajtek kollha.”

In-nannu waqaf għal ftit, poġġa l-martell f‟but li kellu ċ-ċintorin ta‟ ma‟ qaddu, u qallu: “L-ikel li jagħtik l-enerġija vera huwa dak li jkollu l-ħajja fih.”

Ondra baqa‟ skantat,u qallu: “Li jkollu l-ħajja fih? Bħal meta jkun hemm id-dud ġol-frott?”

“Ħaħaħa!” In-nannu tant daħak bil-qalb li beda jċaqlaq ġismu kollu.


Do you wonder how the story ends? Download our publication Menu for Change where you find not only denouement of the story but also inspiring questions, responsible tips, further resources and more!


It-3 tendenza problematika:

qed nieklu aktar ikel ipproċessat…

X‟għandhom komuni l-cookies, il-ġelati, il-patata moqlija u biċċa ċikkulata? Sempliċi, kollha huma ipproċessati fi grad għoli ħafna. Mhux bħal xi bajda, li ma tkunx ipproċessata, jew il-ħobż, fejn l-ipproċessar tiegħu huwa fi grad baxx ħafna. Minħabba li l-cookies, il-patata moqlija u ċ-ċikkulata huma pproċessati fi grad għoli, ikunu jeħtieġu ħafna stadji biex isiru; u jekk ma jkunux magħmulin id-dar, wisq probabbli se jkollhom ħafna zokkor, xaħam u melħ miżjud biex it-togħma tkun aktar pjaċevoli, jew ikollhom sustanzi biex iservu għal tul ta‟ żmien.

Highly processed foods often contain palm oil.  Although the food industry makes efforts towards deforestationfree production, the mass production of palm oil through monoculture planting  remains highly problematic from an environmental and social perspective. (photo: Glopolis)

Highly processed foods often contain palm oil. Although the food industry makes efforts towards deforestation free production, the mass production of palm oil through monoculture planting  remains highly problematic from an environmental and social perspective. (photo: Glopolis)

Flimkien ma‟ porzjonijiet kbar, l-ikel ipproċessat huwa meqjus bħala l-kawża ewlenija ta‟ żieda inkwetanti ta‟ ħxuna u obeżità madwar id-dinja. F‟dawn l-aħħar għaxar snin, fid-dinja, l-obeżità telgħet fil-quċċata bħala l-akbar problema tas-saħħa. Terz tal-adulti fid-dinja għandhom piż żejjed. Minbarra li ikel ipproċessat fi grad għoli jikkawża problemi ta‟ saħħa, jikkawża problemi oħrajn minn perspettiva ambjentali. It-tisjir fil-fran u l-ħami, it-tnixxif, il-qali u l-iffriżar huma kollha metodi li jeħtieġu ħafna enerġija. Għaldaqstant, ikel ipproċessat huwa ħafna iktar intensiv fl-użu tar-riżorsi minn ikel bħal ħaxix, frott u bajd.

Karatteristika oħra komuni fl-ikel ipproċessat hija li aktarx kollha jkollhom iż-żejt tal-palm. Huwa kkalkulat li dan iż-żejt jinstab f‟50% tal-ikel kollu pproċessat u ppakkjat fis-supermarkits u l-ħwienet lokali. U mhux fil-prodotti tal-ikel biss. Dan iż-żejt jinstab ukoll fi prodotti kożmetiċi, prodotti tal-ħasil, fl-ikel tal-annimali u saħansitra fil-fjuwils. Il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni taż-żejt tal-palm ġejja mill-Indoneżja u l-Malażja. Oqsma kbar ta‟ foresti tropikali u art mimlija pit (peatland) inqerdu biex jagħmlu l-wisa‟ għal pjantaġġuni tal-palm. Riżultat ta‟ dan, iż-żejt tal-palm huwa direttament kompliċi fit-telf ta‟ ekosistemi prezzjużi, u t-tribujiet indiġeni kellhom jitilfu l-mod tradizzjonali tal-istil ta‟ ħajja tagħhom kif ukoll l-għajxien tagħhom. Fiż-żewġ stejjer li ġejjin se titgħallem aktar dwar l-ikel li hu tajjeb għas-saħħa, u l-impatt tal-pjantaġġuni tal-palm fl-Indoneżja.

 

def

Foresti tropikali jinqerdu biex jagħmlu l-wisa’ għaż-żejt tal-palm. (photo: Creative commons)

Palm oil plantation

Pjantaġġun tal-palm minflok il-foresta tropikali fl-Indoneżja. (Photo: Glopolis)

Interested to find out more? Download our publication Menu for Change and discover the hidden stories of out food.