L-istorja
Mill-Paragwaj għall-platt tiegħi
Myriam daħlet mill-bieb imponenti tal-iskola Ċeka. Minnufih ħasset ħalqha jixxotta. Kienet anzjuża dwar id-diskors li kienet se tagħmel lill-istudenti. “Kif se jeħduh?”
Kienet l-istess mistoqsija li għamlet lilha nnifisha ġimagħtejn qabel, hekk kif l-ajruplan ħalla pajjiżha, il-Paragwaj. Bħala bidwija (fuq skala żgħira), u bħala għalliema, emmnet bl-importanza li taqsam mal-istudenti Ewropej dak li kien qed jiġri fir-reġjun tagħha u fil-pajiiżi ġirien bħall-Brażil u l-Arġentina. “Il-qsim tal-esperjenzi u t-tagħlim huma l-ewwel passi li jbiddlu lid-dinja,” ħasbet.
Il-120 siġġu li kien hemm fl-awditorju mtela. L-istudenti bdew iġibu siġġijiet oħra minn xi klassijiet biex jieħdu sehem huma wkoll. Kienet l-ewwel darba li kienu se jagħmlu xi ħaġa speċjali fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ikel, li kull sena jiġi ċċelebrat fis-16 ta‟ Ottubru, il-ġurnata fejn mad-dinja kollha jitfakkar id-dritt tal-bniedem għall-ikel.
Meta l-udjenza siktet, bdiet hekk: “Jisimni Myriam. Noqgħod il-Paragwaj, pajjiż fl-Amerika Latina, u ġejt hawn biex inkellimkom dwar problema importanti li qed tħabbat wiċċha magħha l-komunità tiegħi u ta‟ ħafna oħrajn fl-Amerika Latina. Il-problema jisimha S-O-J-J-A.”
Myriam uriet ritratt li kien ittieħed mill-ajru. F‟parti minnu kienet tidher foresta, waqt li fil-parti l-oħra kien hemm għalqa kbira. Hija ssoktat: “Illum, fir-reġjun li ngħix jien, ħafna għelieqi huma miksija bi pjantaġġuni tal-fażola tas-sojja. Partijiet kbar mill-foresti qegħdin jinħasdu biex jagħmlu l-wisa‟ għall-produzzjoni tas-sojja. L-istess qed jiġri fil-Brażil, fil-Foresta tal-Amażonja. Fejn għad fadal il-foresta, it-temperaturi tbaxxew għax is-siġar jgħinu biex jiġbdu l-umdità mill-ħamrija u jitfgħuha fl-arja. Issa qed nosservaw li f‟dawn l-għelieqi kbar il-klima qiegħda tisħon. Iżda l-agħar ħaġa għalina bħalissa huma l-ajruplani.”
L-ajruplani? L-istudenti dehru mħawdin. X‟konnessjoni hemm bejn l-ajruplani u l-pjantaġġuni tas-sojja?
Do you wonder how the story ends? Download our publication Menu for Change where you find not only denouement of the story but also inspiring questions, responsible tips, further resources and more!
It-2 tendenza problematika:
iż-żieda globali tal-konsum tal-laħam…
X‟taħseb jekk xi ħaġa sempliċi u komuni bħalma hi biċċa laħam kienet fil-fatt fiċ-ċentru ta‟ għadd ta‟ mistoqsijiet dwar il-ġejjieni tal-pjaneta? Din il-mistoqsija tqum minħabba dawn iż-żewġ tendenzi: l-ewwel tendenza hija li llum hemm aktar u aktar nies fuq il-pjaneta, u sal-2050, se jkun hemm disa‟ biljun persuna, li jeħtieġu aktar ikel. It-tieni tendenza hija li l-laħam u l-prodotti magħmulin mill-ħalib (ħalib, ġobon, jogurt, eċċ) qed jidħlu qajla qajla fid-dieta ta‟ ħafna nies ma‟ kull ġurnata li tgħaddi. U biex trabbi l-bhejjem teħtieġ ħafna riżorsi. Fil-qosor, hemm aktar nies jieklu aktar laħam u prodotti tal-ħalib, waqt li r-riżorsi li għandna għad-dispożizzjoni tagħna – il-pjaneta unika tagħna – baqgħet l-istess.
Waqt li t-tkabbir fil-konsum jidher ħafna f‟pajjiżi bħaċ-Ċina, l-aktar nies li jikkunsmaw laħam huma l-Ewropej, l-Istati Uniti u pajjiżi oħra industrijalizzati fejn il-konsum huwa staġnat.
It-trobbija ta‟ aktar bhejjem tqajjem aktar sfidi ta‟ sostenibbiltà. Skont esperti tan-NU, il-konsum tal-laħam huwa meqjus minn ta‟ quddiem nett li jikkawża t-tibdil fil-klima u huwa sikwit marbut ma‟ użu eċċessiv jew tniġġis tar-riżorsi naturali (l-ilma, l-art, l-ekosistemi).
Imma kif il-laħam sar aktar problematiku mit-trasport għall-klima? Ir-raġuni hija li l-annimali jeħtieġu meded kbar ta‟ art. Id-deforestazzjoni biex jitkabbar l-għalf tal-annimali bħall-fażola tas-sojja u l-qamħirrun, u l-estensjoni ta‟ art użata għall-mergħa, qed jipproduċu ammonti enormi ta‟ dijossidu karboniku. Barra minn hekk, l-annimali stess joħroġ minnhom ammonti kbar ta‟ metanu, gass li jsaħħan il-klima tlieta u għoxrin darba aktar mid-dijossidu karboniku. It-tnaqqis fil-konsum tal-laħam, għaldaqstant, jista‟ jkun pass konkret biex itaffi t-tibdil fil-klima, u aktarx ikun aktar faċli milli tbiddel is-sistema kollha tat-trasport.
Interested to find out more? Download our publication Menu for Change and discover the hidden stories of out food.