Qabel ma ntemmet is-sena skolastika 2015-2016, Ekotim mill-iskola primarja f’Osijek, fil-Kroazja, bl-għajnuna tal-ġenituri u studenti oħrajn, organizzaw fiera dwar l-Ikel Responsabbli biex juru u jippromovu dak li tgħallmu mill-proġett.

Studenti, għalliema, ġenituri u oħrajn minn barra, ippreparaw dixxijiet ta’ frott u ħaxix delizzjuż skont il-prinċipji tal-konsum responsabbli tal-ikel. Kien hemm tisjir b’metodi tal-imgħoddi, riċetti b’ikel li kienu jieklu l-antenati tagħna, te, biskuttini, ħobż magħmul bl-idejn, ajvar (taħwir Kroat), ġobnijiet – kollox magħmul b’responsabbiltà u bi kwalitajiet favur l-ambjent. L-istudenti għamlu wkoll powsters, kitbu xi poeżiji u reċti u għamlu prova tal-preżentazzjoni. L-istudenti ħadu sehem f’reċta “Kollox minħabba banana” u tgħallmu dwar il-Kummerċ Ġust. Fl-aħħar tal-jum għamlu l-kompost minn skart organiku, xi ħaġa li kienet skarsa ħafna.

Ħadna ħafna gost u konna kapaċi nuru lill-ġenituri tagħna dak li tgħallimna fl-aħħar sena. Nittama li l-ġenituri tiegħi jsegwu l-eżempju tiegħi u jkunu responsabbli fl-ikel kemm id-dar kif ukoll fuq il-post tax-xogħol, qalet Lucija Lauš, studenta tas-7 sena.

Studenta oħra tas-7 sena, Martina Ramljak, iddeskriviet dak li baqa’ f’moħħha hekk: “Ninsab kuntenta ħafna li konna kapaċi nippreżentaw liċ-ċittadini u lill-ħbieb tagħna dak li tgħallimna mis-Sur Lassina li wriena kif it-tfal fil-Burkina Faso jinsterqu mill-familji tagħhom u jinbiegħu biex jaħdmu fi pjantaġġuni f’pajjiżi ġirien tagħhom. Huwa ppreżenta l-produzzjoni tal-Kummerċ Ġust lill-istudenti tagħna. Trid tara l-espressjonijiet fuq wiċċ il-ġenituri tagħna waqt li kienu qed jisimgħu l-preżentazzjoni tagħna.”