L-Istorja:

Ikla sorpriża (b’nuqqas ta’ karbonju)

“Kważi l-4:30 ta‟ waranofsinhar! Hemm xi ħadd qiegħed iħabbat il-bieb!” qalet Cynthia, waqt li kienet qiegħda tgħin lil Agniezska biex tfittex aktar kuxins biex min jiġi jkun jista‟ jinxteħet fuqhom mal-art.

Josip daħal fil-kamra flimkien ma‟ ħames subien oħra. F‟idejh kellu ħafna fliexken bil-meraq tat-tuffieħ. Michaela, li kienet qiegħda torganizza dan il-festin, kienet qed tiġri b‟kemm kellha saħħa biex terġa‟ tiftaħ il-bieb lill-grupp ieħor ta‟ persuni. Il-ħbieb tagħha, li kienu magħha fil-programm internazzjonali ta‟ studju, kollha kienu hemm, sbatax b‟kollox, minbarra Gregor.

Razvan fetaħ id-diskussjoni: “Ħbieb, x‟se nippreparaw għal Gregor? Illum huwa t-tmintax ta‟ Novembru, għalhekk baqa‟ biss ġimagħtejn għall-farewell party. Ninsab imnikket li hu se jkun l-ewwel wieħed li se jmur lura pajjiżu, is-Slovenja, imma ninsab eċitat ħafna bil-preparazzjonijiet ta‟ dan il-festin sorpriża.”

“Sibna post tal-ġenn!” issoktat Cynthia, “in-nanna ta‟ Michaela, l-unika ħabiba li toqgħod hawnhekk, offritilna darha stess biex niċċelebraw dal-mument. Spazjuża biżżejjed biex tesa‟ tletin persuna, u jistgħu jorqdu hawn ukoll. Anke fireplace miftuħ għandha. Li rridu niddeċiedu hu x‟se nippreparaw għall-ikel.”

“Ladarba Gregor se jkun qed jistudja l-Istudji Ambjentali fis-semestru li ġej, tkun ħaġa loġika u f‟waqtha li nħejju ikla li tkun ambjentalment sostenibbli, le? Xi ikla sorpriża b‟nuqqas ta‟ karbonju…!” qalet Agniezska.

“Iva, idea tajba! Ikla mingħajr food miles!” żiedet Cynthia.

Martin, xi ftit konfuż, staqsa: “B‟liema lingwa qed titkellmu? Mingħajr xiex?”

“Mingħajr food miles! Dak ifisser li l-ikel ma jkunx ivvjaġġa mijiet, jekk mhux eluf, ta‟ kilometri sa ma jasal għandek. Ikel fejn il-carbon footprint ikun baxx ifisser li l-produzzjoni jew l-ivvjaġġar tiegħu ma jkunx rema ħafna gassijiet serra li jsaħħnu l-atmosfera u jikkawżaw tibdil fil-klima,” wieġbet Cynthia.

Do you wonder how the story ends? Download here our publication Menu for Change where you find not only denouement of the story but also inspiring questions, responsible tips, further resources and more!

container ship3
Il-kunċett ‘food miles’ juri d-distanza li jkun ivvjaġġa l-ikel qabel ma jkun ikkunsmat. Meta nnaqqsu d-distanzi fl-ivvjaġġar tal-ikel inkunu qed innaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju li jseħħ waqt it-trasportazzjoni bid-dgħajjes, ferroviji, trakkijiet u ajruplani. Iżda t-trasportazzjoni hija responsabbli għal parti waħda mill-footprint tal-karbonju. Il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ippakkeġġjar għandhom sehem akbar. Barra minn hekk, l-ikel li nieklu wkoll jagħmel differenza: il-produzzjoni tal-ħaxix tħalli inqas footprint tal-karbonju mill-produzzjoni tal-laħam (ara aktar f’Kapitlu 2). (Photo: Creative Commons)
 

L-1 tendenza problematika:

kull tip ta’ ikel, f’kull żmien, minn kullimkien…

L-ikel jirrifletti l-kundizzjonijiet speċifiċi naturali tal-lokal. Minħabba li l-kundizzjonijiet naturali huma differenti minn reġjun għal ieħor tad-dinja, l-ikel li jikber ivarja wkoll. It-temperatura flimkien mal-umdità u x-xemx ivarjaw minn reġjun għal ieħor u jinbidlu ma‟ kull staġun. Il-banana tikber l-aħjar fi klima tropikali f‟reġjuni qrib l-ekwatur, f‟pajjiżi bħall-Ekwador, ngħidu aħna. M‟għandhiex bżonn staġun speċifiku biex tikber – tista‟ tikber is-sena kollha. Min-naħa l-oħra, it-tuffieħ ma jgħixx fi klima tropikali, iżda jikber sew fi klima Ewropea u għandu staġuni speċifiċi meta jinqata‟: is-sajf u l-ħarifa.

Shipping_routes_red_black
Netwerk li jaqbad l-effetti li għandu n-negozju tal-ikel tad-dinja. Fejn sejjer l-ikel u minn fejn telaq? Hemm parteċipazzjoni ugwali bejn il-pajjiżi? (Photo: B.S. Halpern (T. Hengl; D. Groll) / Wikimedia Commons, via Wikimedia Commons)

Kull pajjiż, ġimgħa wara ġimgħa, jgħaddi minn staġun għal ieħor li jġib miegħu ikel differenti. Meta tiekol ikel skont l-istaġun ikollok garanzija li qed tiekol ikel frisk, li hu aktar għani fin-nutrijenti. Meta tiekol ikel lokali, għandek ukoll il-garanzija li l-ikel ma vvjaġġax distanzi twal biex jasal għandek u għaldaqstant ma kkawżax emissjonijiet ta‟ dijossidu karboniku bla bżonn.

Biex nagħtu eżempju, dawk li jgħixu fl-Ewropa Ċentrali għandhom jiffavorixxu t-tuffieħ aktar milli l-banana; iżda għall-ħabta ta‟ Ġunju jkun aħjar jekk l-għażla taqa‟ fuq il-prodotti tal-istaġun, bħall-frawli. F‟Malta, it-tin, il-bettieħ, id-dulliegħ, il-ħawħ u l-għanbaqar għandhom jintgħażlu minflok frott ieħor impurtat, bħall-banana. Madankollu, fl-Ewropa Ċentrali jkun aktar sostenibbli jekk f‟Jannar jittiekel tuffieħ maħżun milli frawli, filwaqt li f‟Malta l-frawli jkun għażla tajba ladarba jibda jitkabbar lokalment saħansitra minn Frar, jiddependi mit-temp.

Ikel imkabbar lokalment u skont l-istaġun ħafna drabi jiswa anqas flus minn ikel ieħor, ikun itjeb fit-togħma, u jgħin lill-ekonomija lokali.

Almeriaalmeria5
Li tiekol il-frawli f’Jannar jew il-ħjar is-sena kollha jfisser li l-produzzjoni ta’ dan l-ikel saret fis-serer. Ħdejn il-belt ta’ Armerija, fi Spanja, hemm l-akbar konċentrazzjoni ta’ serer fid-dinja, li tkopri medda ta’ 26,000 ettaru ta’ art (li jiġu ekwivalenti għall-qies ta’ Malta). Din il-medda ta’ art miksija bis-serer hija mlaqqma min-nies tal-lokal bħala “il-baħar tal-plastik”. Ħafna emigranti, legali u illegali, jaħdmu f’dawn is-serer f’kundizzjonijiet li ma jirrispettawx lid-dinjità umana. Biex tkun taf aktar dwar id-drittijiet umani u x-xogħol deċenti, ara Kapitlu 4. (Photo: Google Earth)

Interested to find out more? Download here our publication Menu for Change and discover the hidden stories of our food.