L-istorja

L-ilma kollu li nieklu

Minkejja li l-volum tar-radju kien għoli ħafna, John kien jidher li xorta kellu n-ngħas meta daħal fil-kċina. Ħuh iż-żgħir, Matthew, kien qed jilgħaq subgħajh mill-għasel li kien qed iqattar mill-ħobż. Saqajh kienu qed jiċċaqalqu mar-ritmu tal-mużika, u fl-istess ħin kien qed jolqot ilbasket l-aħmar li kien eżatt wara s-siġġu.

“Bonġu John,” qaltlu ommu. “Milli nista‟ nara ma tantx tħobb tqum kmieni. Għajnejk għadhom minfuħin u qed jitkarrbu għal aktar irqad. Tinkwetax, għadna fil-ħin. Għad baqa‟ kwarta sakemm jiġi l-vann tal-iskola. Ejja ħa tieħu ftit kolazzjon.”

Id-diska tal-aħbarijiet tas-sebgħa waqqfet lill-omm mid-diskors.

Il-leħen ta‟ raġel fuq l-aħbarijiet kien għadu kif qal: “Nirien li ħakmu lin-Nofsinhar ta‟ Kalifornja ġiegħlu lill-eluf ta’ persuni jabbandunaw djarhom. L-ordni ta’ evakwazzjoni ħarġet ilbieraħ waranofsinhar għall-belt ta‟ San Marcos li nħakmet minn sħaba ħoxna ta‟ duħħan. Madwar 30,000 ettaru ta‟ art inqered min-nirien mindu bdew kmieni l-ġimgħa li għaddiet. L-iskwadra tat-tifi tan-nar qalet li qatt ma rat daqshekk intensità ta‟ nirien.”

“Kemm jiġu 30,000 ettaru ta‟ art?” staqsa Matthew lil ommu b‟ħalqu mimli.

“Jiġu daqs 30,000 grawnd tal-futbol!” qallu John.

“Kif jista‟ jkun inħarqet daqshekk art?”

“Għax ir-riħ qed iferrex in-nirien f‟kull direzzjoni,” wieġbet ommu.

“U peress li s-siġar, il-pjanti u l-ħaxix huma nixfin, in-nar jinfirex faċilment u f‟ħakka t‟għajn,” żied jgħid John.

Do you wonder how the story ends? Download our publication Menu for Change where you find not only denouement of the story but also inspiring questions, responsible tips, further resources and more!


Il-6 tendenza problematika:

terz tal-ikel tad-dinja jinħela…

Madwar terz tal-ikel tad-dinja jispiċċa jinħela. Kull sena, fil-pajjiżi industrijalizzati, il-konsumaturi jaħlu 222 miljun tunnellata ta‟ ikel, daqs kemm tipproduċi ikel l-Afrika tan-Naħa t‟Isfel tas-Saħara (230 miljun tunnellata). Huwa kkalkulat li fl-Unjoni Ewropea jinħela madwar 89 miljun tunnellata ta‟ ikel18. Biex nifhmu aħjar, immaġina li kull ġimgħa, kull persuna tarmi erba‟ ikliet sħaħ.

These bananas will go wasted because they are rejected by supermarkets due to their non-standard shapes or sizes. (Photo: Feedback/Tristam Stuart)

Din il-banana se tinħela minħabba li twarrbet mis-supermarkits għax kellha daqs u għamla li ma kinux uniformi. (Photo: Feedback/Tristam Stuart)

Il-ħela ta‟ ikel diffiċli jinftiehem meta qed ngħixu f‟dinja li għadha mhijiex meħlusa mill-ġuħ. Bħalissa, persuna minn kull disgħa għad m‟għandhiex aċċess biżżejjed għall-ikel. Imma ejjew nevitaw is-soluzzjoni faċli li ma taħlix ikel biex tkun tista‟ tagħtih lil min m‟għandux. Meta tqassam l-ikel m‟intix se ssolvi l-problema għal tul ta‟ żmien, għax ma tkunx qed tindirizza filfond l-għeruq ta‟ din il-problema. Dan ilkuntrast bejn il-ħela ta‟ ikel u l-ġuħ iġegħelna nistaqsu kemm verament nagħtu valur lill-ikel bħala s-sors tal-ħajja u li għalhekk għandna nevitaw li jinħela. Aktar u aktar meta żżomm f‟moħħok li bħalissa, xi mkien ieħor fid-dinja, hemm nies li ma kilux kemm kellhom bżonn.

Imma l-ħela ta‟ ikel huwa wkoll diffiċli jinftiehem f‟dinja b‟riżorsi limitati. Huwa allarmanti meta tara li 30% tal-ħut talbaħar qatt ma jasal fil-platti tagħna minkejja l-fatt li l-ammont ta‟ ħut qed jonqos b‟rata mgħaġġla. Meta ngħidu li terz tal-ikel qed jinħela nkunu qed infissru li terz tal-fjuwils, fertilizzanti u ilma li jintużaw għall-produzzjoni qegħdin jinħlew ukoll. Ifisser ukoll li d-deforestazzjoni, ilħsara lill-ħamrija u l-emissjonijiet talgassijiet serra relatati mal-ikel kienu bla bżonn. Agħar minn hekk, l-ikel li ma jkunx ittiekel, minflok ma jispiċċa għall-kompost qed imur fl-inċineraturi, bil-konsegwenza li qed jiżdied it-tniġġis. Jekk taħseb ftit, aħna qed naħlu riżorsi prezzjużi biex nipproduċu l-ikel u minn fuq, qed inżidu aktar tniġġis fl-arja u emissjonijiet tas-CO2 li qed isaħħnu lillpjaneta. Fl-istorja li ġejja se nitgħallmu aktar dwar ir-riżorsi virtwali li hemm wara lproduzzjoni tal-ikel.

Green beans plantation in Kenya. Fertile land and water precious to local communities is virtually exported when beans are sold to European consumers. Kenyan beans are exported all year round although green beans can also be grown seasonally in European countries (Photo: Creative Commons)

Pjantaġġun tal-fażola ħadra fil-Kenja. Art fertili u ilma prezzjuż għall-komunitajiet lokali qed jiġu esportati virtwalment biex jinbiegħu lill-konsumaturi Ewropej. Il-fażola tal-Kenja qed tiġi esportata s-sena kollha minkejja li tista’ titkabbar skont l-istaġun f’pajjiżi Ewropej. (Photo: Creative Commons)

Interested to find out more? Download our publication Menu for Change and discover the hidden stories of out food.