Iż-żejt tal-palm: kullimkien?

Ġieli smajt biż-żejt tal-palm? Jinstema' xi ħaġa eżotika, hux tassew? Imma kont taf li inti qed tieħdu ħafna drabi fil-ġimgħa, u jista' jkun ukoll li kuljum? Ġieli fittixt fuq it-tikketti tal-prodotti tal-ikel li tixtri? Ħamsin fil-mija tal-prodotti li jkunu ppakkjati għand is-supermarkit ikollhom iż-żejt tal-palm. Forsi tgħid, "Interessanti. Imma hemm xi problema?" Ejja ngħaqad magħna fil-vjaġġ li se nagħmlu 'l bogħod, fl-Indoneżja, biex issir taf aktar...

Nofs dawra mad-dinja

Il fuq minn 85 fil-mija taż-żejt tal-palm jiġi mill-pajjiżi meraviljużi tal-Indoneżja u l-Malażja. Għalfejn huma meraviljużi? Għax għandhom l-aktar foresti tropikali prezzjużi ta' din il-pjaneta! Kont taf li l-orangutans huma annimali uniċi u jinstabu biss fl-Indoneżja u mkien aktar fid-dinja? Fix-Xlokk tal-Ażja nsibu ħafna tribujiet interessanti b'għadd ta' diversitajiet etniċi. L-art hija wirt u t-tibujiet lokali u n-nies għandhom dritt li jużaw l-art tradizzjonali tagħhom - u dan id-dritt qiegħed imnaqqax ukoll fil-liġi internazzjonali.

X'qed jiġri bħalissa?

Dan il-palm kollu jrid jikber xi mkien. Sfortunatament qed jitkabbar f'dawn il-foresti prezzjużi. Meded enormi ta' foresti qed jinqatgħu għall-injam, imbagħad tinħaraq l-art, peress li dan hu l-aktar metodu li ma jiswiex flus u li ma jiħux ħin. U hekk il-ħamrija tkun lesta biex jitkabbar il-palm. Il-pjantaġġuni tal-palm jipproduċu wkoll tniġġis li jista' jmur fix-xmajjar u jikkontamina l-ilma. Mhux l-annimali biss qed jitilfu djarhom minħabba l-pjantaġġuni - in-nies ukoll! U dan qed joħloq kunflitti soċjali għax in-nies qed ikunu mġiegħla jitilqu 'l barra.

Il-foresta tropikali moħbija fil-gallettina

Għalhekk issa tistgħu taraw kif fl-ikel li għandu ż-żejt tal-palm hemm foresta tropikali moħbija. Aktar cookies u ġelati biż-żejt tal-palm ikun ifisser aktar art meħtieġa għall-pjantaġġuni, u anqas art għan-nies u għall-ambjent. Mill-bogħod, dawn il-pjantaġġuni jidhru sbieħ fid-dehra, iżda meta tħares mill-qrib se tintebaħ li m'hemmx annimali, insetti u għasafar. Għalhekk jissejħu 'deżerti ħodor'. Ħafna produtturi qed ifittxu 'opportunitajiet ġodda' fl-Afrika u fl-Amerika Latina. Iċċekkja fil-mappa biex tkun tista' tara.
Tara l-mappa

Kun ditektiv! Osserva!

Fittex iż-żejt tal-palm fl-ingredjenti - faċli! Ibdel iż-żejt biex iġġib bidla għall-aħjar! Itlob lill-produtturi tal-ikel biex jieħdu ħsib l-ambjent u jagħżlu ingredjenti sostenibbli. Jistgħu jużaw żjut lokali jew żejt tal-palm li għandu l-ogħla livelli ta' ċertifikazzjoni. Żejt iċċertifikat ifisser li ma kienx hemm aktar qerda ta' foresti tropikali, l-ambjent kien ikkurat u n-nies ma tilfux djarhom minħabba tkabbir fil-pjantaġġuni.
ARA L-PARAGUN

U l-iktar soluzzjoni faċli hija...

...li tiekol ikel mhux ipproċessat - għandu ħafna inqas sorpriżi negattivi! Anqas ma tiekol ikel ultraproċessat, jiswielek aħjar għal saħħtek u għall-pjaneta (u l-orangutans!). Barra minn hekk, ma jkollokx għalfejn tiċċekkja mijiet ta' ingredjenti kkumplikati! Ikel ultraproċessat mhuwiex tajjeb għas-saħħa mhux minħabba ż-żejt tal-palm biss, imma għax ikollu livelli għoljin ta' zokkor u melħ. M'għandekx tiekol ħafna zokkor, xaħam saturat u melħ minħabba li dawn iwasslu għall-obeżità.

Sostenituri

European Year for Development
Czech Development Agency

Agħżel il-lingwa tiegħek