L-istorja

Annimal misterjuż

Kien waranofsinhar meta l-ewwel qatra xita waqgħet fuq ħaddejn Tereża.

“O-oh… Ejja nfittxu fejn nistkennu xi mkien malajr qabel ma taqbadna l-maltempata.”

Leħħa ta‟ berqa dehret fis-sema griż. Tereża u Jana bdew jaqdfu b‟kemm kellhom saħħa filmogħdija mtajna hekk kif ix-xita issa bdiet nieżla qliel. Ir-roti bdew jiżolqu fil-ħamrija mxarrba. “Hemm, ara! X‟taħseb jekk immorru hemm?” Jana kienet qiegħda tipponta subagħha lejn bini abjad hekk kif iddur mal-mogħdija. Minn ftit metri ‟l bogħod setgħu jxommu r-riħa ta‟ tiben imxarrab u mill-ewwel fehmu li dak il-post kien razzett. Għaddew minn ġo fens imtaqqab, ħallew ir-roti mal-art, u fetħu l-ewwel bieb li sabu. L-arja kienet sħuna ġewwa u l-art kienet ratba. Hekk kif għajnejhom kienu qagħdu f‟dak id-dlam, ħasbu li kienu qed joħolmu…

“Dik nagħġa, jew… ħanżir?” qalet Jana b‟leħen baxx. Ftit sekondi wara, l-annimal sufi maħsud miż-żewġ persuni għamel ħoss li neħħielhom kull dubju…

“Ħanżir!” qalu t-tnejn flimkien.

Sekonda wara, daħal xi ħadd fl-istalla. Kienet mara twila, liebsa inċirata. Kienet qiegħda tidħkilhom.

“Ħelow, tfajliet sbieħ. Rajtkom ġejjin, u għalhekk ħsibt li nofrrilkom tazza te sħuna sakemm nistennew ix-xita tieqaf. Ejjew miegħu fil-kċina.” Jana u Tereża kienu kuntenti u aċċettaw millewwel. It-tfajliet daħlu fil-kċina u setgħu jxommu r-riħa tat-te bil-ħxejjex titħallat ma‟ xi ħaġa li
kienet qiegħda tinħema fil-forn. Poġġew bilqiegħda fis-skiet, waqt li t-tnejn li huma kienu qed jittamaw li jitgħallmu xi ħaġa dwar dak il-ħanżir misterjuż li kien jixbah lil nagħġa.

“Naħseb kontu ftit maħsudin li ltqajtu ma‟ Ruby,” qalet dik il-mara.

“Ruby?…Hekk jismu l-ħanżir?” staqsiet Tereża.

“Iva, hekk hu,” tbissmet il-mara. “Ruby huwa ħanżir mir-razza Mangalitsa. Peress li l-biċċa lkbira ta‟ ħajtu jqattagħha barra, isir sufi bħal nagħġa, speċjalment fix-xitwa. Din ir-razza kienet taħt theddida ta‟ estinzjoni, imma ġiet salvata, għax fl-Ungerija bdew jeħduha bisserjetà
biex jerġgħu jibdew inisslu minnha.”

“Estinzjoni? Jiġifieri tintilef għal dejjem? Kif jista‟ jkun?”

Do you wonder how the story ends? Download our publication Menu for Change where you find not only denouement of the story but also inspiring questions, responsible tips, further resources and more!

Mangalitsa pig

ħanżir tar-razza Mangalitsa (Photo: By Nienetwiler (Own work) [CC BY 2.5 ch (http://creativecommons.org/licenses/by/2.5/ch/deed.en)], via Wikimedia Commons)


Is-5 tendenza problematika:

aktar
m’aħna qed nieklu l-istess ikel, aktar qed nitilfu varjetajiet…

Meta nidħlu f‟supermarkit, inkunu mdawrin bi xkafef mimlijin b‟kull tip ta‟ ikel, li xi drabi jkun ġej minn pajjiżi mbiegħda. U malajr tieħu l-impressjoni li għandek għażla wiesgħa ta‟ ikel u li d-diversità tal-ikel qed tiżdied; iżda d-dehra taf tqarraq bina.

L-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti dwar likel, talbet lill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikultura (l-FAO) biex tispjega kif, minkejja li fl-istorja tal-bniedem hemm madwar 7,000 speċi ta‟ pjanti li ġew ikkultivati, illum il-ġurnata, 75% tal-ikel taddinja huwa ġġenerat biss minn tnax-il pjanta u ħames speċi ta‟ annimali23. Erba‟ speċi ta‟ prodotti tar-raba‟ (ir-ross, il-qamħ, il-qamħirrun u l-patata) huma responsabbli għal iktar minn 60% tal-enerġija li jiekol ilbniedem 24. Minħabba li n-nies qed jiddependu min-numru żgħir ħafna ta‟ prodotti għall-ikel tagħhom, huwa kruċjali li tinżamm id-diversità ġenetika fi ħdan dawn il-prodotti. U din tista‟ ssir bilpreservazzjoni tal-varjetajiet. Iżda l-FAO qed twissi dwar problema serja ħafna: minn kull speċi ta‟ prodott, id-dinja diġà tilfet numru kbir ta‟ varjetajiet (ngħidu aħna, hemm eluf ta‟ varjetajiet differenti ta’ qamħ iżda maż-żmien, anqas u anqas varjetajiet qed jinżergħu, bil-konsegwenza li ntilfu għalkollox).

Fuq medda ta‟ 100 sena (mill-1900 sal- 2000), 75 fil-mija tal-agrobijodiversità ntilfet minħabba li l-bdiewa madwar id-dinja abbandunaw numru kbir ta‟ varjetajiet li jiddakkru b‟modi naturali (openpollination) 25. Minħabba l-bidla fil-metodital-agrikultura għal waħda industrijali, u minħabba liġijiet ikkumplikati, il-bdiewa bdew jagħżlu varjetajiet kummerċjali ibridi (hybrid) aktar ta‟ spiss. Dawn il-varjetajiet għenu biex titkattar il-produzzjoni, b‟qies, dehra u togħma uniformi. Għaldaqstant setgħu jissodisfaw id-domanda talkonsumaturi
li bdew jitolbu ikel irħis u konsistenti fil-kwalità26. U dan wassal biex il-bdiewa bdew ikabbru ħafna anqas varjetajiet ta‟ qamħ, tadam u patata. Dan it-telf naqqas ħafna ċ-ċansijiet għallġejjieni li jitkabbar biżżejjed ikel għal kulħadd. Mill-istorja li ġejja se naraw għalfejn huwa importanti li nippreservaw lagrobijodiversità.

As we've come to depend on a small number of commercial varieties of fruits and vegetables, thousands of traditional (also called heirloom) varieties have disappeared. It's hard to know exactly how many have been lost over the past century, but a study conducted in 1983 by the Rural Advancement Foundation International in USA gave a clue as to the scope of the problem. The survey, which included 66 crops, found that about 93 percent of the varieties in the USA had gone extinct. More up-to-date studies are needed. Source: National Geographic, http://ngm.nationalgeographic.com/2011/07/food-ark/food-variety-graphic

As we’ve come to depend on a small number of commercial varieties of fruits and vegetables, thousands of traditional (also called heirloom) varieties have disappeared. It’s hard to know exactly how many have been lost over the past century, but a study conducted in 1983 by the Rural Advancement Foundation International in USA gave a clue as to the scope of the problem. The survey, which included 66 crops, found that about 93 percent of the varieties in the USA had gone extinct. More up-to-date studies are needed. Source: National Geographic, http://ngm.nationalgeographic.com/2011/07/food-ark/food-variety-graphic

Interested to find out more? Download our publication Menu for Change and discover the hidden stories of out food.