L-istorja 

X’ġie magħsur fil-meraq tal-larinġ tiegħi?

Is-sellum kien qed jinżel aktar fil-fond waqt li Eduardo kien qed iżid aktar u aktar larinġ filbasket. Kien qiegħed żewġ metri għoli mill-art u ġismu kollu kien qed jiġġebbed biex jilħaq fergħa mimlija frott ileqq. B‟id waħda Eduardo neħħa xagħru minn fuq moħħu. Boċċi żgħar ta‟ għaraq ġelbnu ma‟ wiċċu.

Mill-quċċata tas-sellum, Eduardo, żagħżugħ ta‟ 18-il sena, ta ħarsa madwaru bi tbissima sodisfaċenti lejn il-pjantaġġun żgħir tal-larinġ. Minkejja li x-xogħol kien iebes, kien kuntent fejn qiegħed illum. Mindu ngħaqdu f‟moviment tal-kummerċ ġust sentejn ilu, il-ħajja saret aħjar, kemm għalih kif ukoll għal ommu. Issa kellhom biżżejjed flus biex jikru dar żgħira u jgħixu ħajja deċenti. Iżda ftit snin ilu s-sitwazzjoni ma kinitx hekk.

Eduardo ftakar kif kien iħossu skjav fi pjantaġġun enormi tas-siġar tal-larinġ, fejn kien jaħdem. L-inċident kien baqa‟ stampat ċar f‟moħħu. Kienet ġurnata ta‟ Novembru tal-2015. Dakinhar Eduardo kellu uġigħ ta‟ ras qawwi minħabba s-sħana. Seta‟ jħoss it-toqol ta‟ basket mimli larinġ jinfidlu spalltu. Kienu l-ħamsa ta‟ waranofsinhar u kien fadallu sagħtejn biss biex jimla ħmistax-il basket ieħor bil-larinġ. F‟kull ġurnata kellu jimla sittin basket, u jekk ma jlaħħaqx il-kwota, seta‟ jitkeċċa. Kull basket kien jiżen mhux anqas minn 20kg, u kien jitħallas ħmistax-il ċenteżmu ta‟ ewro biss għal kull basket. U jekk il-prezz tal-larinġ kien jitbaxxa, kien jaqla’ anqas.

Do you wonder how the story ends? Download our publication Menu for Change where you find not only denouement of the story but also inspiring questions, responsible tips, further resources and more!

Worker in an orange plantation - Brazil (photo: Christiliche Initative Romero)

Ħaddiem fi pjantaġġun tal-larinġ – il-Brażil. (photo: Christiliche Initative Romero)

 


Ir-4 tendenza problematika:

qed tikber id-distanza bejn il-bdiewa u lkonsumaturi…

X‟inhu l-persentaġġ tal-ikel li nieklu li nkunu nafu l-post fejn saret il-produzzjoni, minn min, u taħt liema kundizzjonijiet? Jekk it-tweġiba tvarja minn każ għall-ieħor, it-tendenza ġenerali hi li ftit nafu dwar min hu involut fl-ikel tagħna (sakemm ma
nipproduċuhx aħna stess). Id-distanza bejn il-konsumaturi u l-bdiewa qiegħda tikber. U din id-distanza mhijiex ġeografika biss. Hemm ħafna „atturi‟ oħrajn li jidħlu bejn il-konsumaturi u l-bdiewa (dawk li jipproċessaw l-ikel, id-ditti, is-supermarkits, eċċ.).

Smallholder farmer in Burkina Faso. (photo: Aurèle Destrée)

Bidwi (fuq skala żgħira) fil-Burkina Faso. (photo: Aurèle Destrée)

Kif nistgħu nkunu nafu jekk il-bdiewa, jewin-nies li jħaddmu jirċevux ħlas ġust għallprodotti tagħhom? Fl-Ewropa, bosta bdiewa ħallew xogħolhom għax mhumiex jaqilgħu flus biżżejjed. F’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, bdiewa fuq skala żgħira ta’ sikwit ikollhom iħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet diffiċli li ħafna drabi jispiċċaw biex jgħixu fil-faqar u l-ġuħ. Dawk il-bdiewa li jkunu tqabbdu jaħdmu fuq produzzjoni ta’ esportazzjoni fuq skali kbar (banana, te, kafè, kawkaw, eċċ.) jispiċċaw jaħdmu f’xogħol li ħafna drabi jkun ta‟
periklu u b‟paga miżera.

Interested to find out more? Download our publication Menu for Change and discover the hidden stories of out food.